Dikjarazzjoni li x-Xaghra bdew fil-1936
Rapport
Mill-Gazzetta il-Berqa tal-Hamis, 5 ta’ Novembru, 1936
(Dikjarazzjoni li x-Xaghra bdew fil-1936)
Nhar il-Hadd fl-10 a.m. f’Ghawdex intlaghbet l-ewwel partita tas-season bejn zewgt timijiet Ghawdxin, il-’Victoria Scouts’ u x-’Xaghra Scouts’. Ir-Referee kien Mr. Thatcher. It-teams kienu mqassmin hekk: Victoria Scouts: Borg; Micallef u Attard; Portelli; Attard-Bondi u Sagona; Camilleri, Cremona, Galea, Attard (k), u Bezzina.
Xaghra Scouts: Rapa; Sultana u Cauchi; Buttigieg, Bajada u Cauchi (k); Debono, Zammit, Attard, Formosa u Debrincat.
Il-Gholja tas-sold giet mirbuha mix-Xaghrin, li ghazlu favur ir-rih. Ftit wara li harget id-daqqa r-Rabtin kienu se jiskurjaw, imma Rapa kien pront laqgha l-ballun. Ir-Rabtin bdew jaghmlu telghat sbieh, u Galea kien ser jiskorja imma Sultana laqa l-ballun b’idu u b’hekk ghamel penalty. Id-daqqa taha Galea li tafa l-ballun f’idejn l-goaler. Wara li sar dan il-penalty, iz-zewg timijiet aktar qamu fuq taghhom u x-Xaghrin kienu jiskurjaw li kieku Borg ma kienx pront hareg ghall-ballun.
F’telgha sabieha li kellu Zammit dan kien ser jiskorja, imma b’xorti hazina malli wasal hdejn il-lasti zelaq. Ix-Xaghrin bdew jaghmlu attakki u kienu Micallef u Attard li ma hallewhomx jiskorjaw. X’hin kien fadal hames minuti ghal tmiem l-ewwl half sar corner kontra x-Xaghra, imma dan safa bla ebda rizultat. Is-suffara tar-referee saffret tmiem l-ewwel half, u r-rizultat sa issa kien ghadu draw, 0-0.
Malli bdew t-tieni half ir-Rabtin ghamlu harba sabieha, imma malli Attard-Bondi ta’ daqqa il-ballun mar barra l-lasti. Wara kwarta loghob il-ballun gie f’saqajn Galea, li dan kien pront qassmu lil Attard-Bondi, u li dan kien pront tefghu bejn il-lasti u b’hekk gab it-tim tieghu fuq ir-rih b’goal. Ix-Xaghrin b’goal min taht aktar bdew jistinkaw u ghamlu bosta telghat, imma kollha gew sfrattati min Micalllef u Attard, iz-zewg full backs tar-Rabat. X’hin kien fadal kwarta sabiex jispicca l-loghob, Cauchi wegga imma wara ftit rega beda jilghab. Ftit minuti wara is-suffara tar-Referee habbret tmiem il-loghob, fejn ir-rizultat kien: Victoria Scouts 1, Xaghra Scouts 0.
Borg, il-goaler tal-Victoria, li laghab ghall-ewwel darba, gie mfahhar min kull min rah ghax-xoghlijiet diffikultuzi li laqa.
